Tnehdew tlettax-il mobile app ġdida u għaxar siti elettroniċi kompatibbli għall-mobile.
Għodod elettroniċi b’għadd ta’ servizzi tal-gvern aċċessibbli kullimkien u erbgħa u għoxrin siegħa kuljum , matul is-sena kollha.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mis-segretarju permanenti ewlieni Mario Cutajar, sena wara li l-gvern nhieda l-ewwel wieħed u għoxrin mobile app għas-servizzi governattivi.
F’sena waħda tnizzlu mal-ħamsa u sittin mobile app.
Illum il-ġurnata l-pubbliku għandu erbgħa u tlettin mobile app u għoxrin sit elettroniku li minnhom fost oħrajn jista jikseb informazzjoni dwar ir-reklutaġġ fis-servizz pubblikku , ċertifikati tal-kondotta, tgħarif dwar is-saħħa u sigurta fil-post tax-xogħol, servizzi edukattivi, informazzjoni dwar il-fondi ewropej u d-donazzjoni tal-organi.
Is-segretarju permanenti ewlieni Mario Cutajar tkellem dwar il-vizjoni tal-gvern sabiex is-servizzi governattivi ikunu aktar aċċessibli.
Ħidma li qiegħed jaħdem fuqha qatiegħ l-gvern, tant li l-Kummissjoni Ewropea kklassifikat lil pajjizna fl-ewwel post minn fost il-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea f’dawk li huma servizzi onlajn.
Għandna viżjoni ċara biex in-nies ikollhom servizz pubbliku aċċessibli u għalhekk qegħdin ninvestu fih.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet ingħataw dettalji ukoll dwar is-sit elettroniku servizz.gov.mt.
Madwar tmien mitt servizz governattiv jinsabu online u kull xahar is-sit ikollha medja mat-tmenin elf hit.