Ħadd ma ndarab wara li tard it-Tlieta filgħaxija, ċedew tliet gallarijiet li jagħmlu parti minn binja ta’ appartamenti f’ Wied il-Għajn.
ONE News jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-08:30PM, fi Triq is-Silla meta il-ġirien semgħu ħoss qawwi fit-triq.
Residenti li tkellmu magħna qalu li kien miraklu li fil-ħin tal-inċident ma kien għaddej ħadd miexi fuq il-bankina biex ġie evitat inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji.