Ġuvni ta’ erbgħa u għoxrin sena waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’Wied il-Mielaħ viċin l-Għasri Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart tal-Ħadd wara nofsinhar.
Il-ġuvni li huwa mill-Kalkara, ingħata l-ewwel għajnuna mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Huwa ttieħed l-isptar għall-kura. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.