L-irjieħat b’qawwa ta’ riefnu li laqtu lill-gżejjer Maltin kkawżaw numru ta’ ħsarat u perikli fit-toroq.
Għawdex kien fost l-aktar milquta mill-irjieħat hekk kif f’ċerti partijiet tal-gżira l-qawwa tar-riħ laħħqet il-forza 9.
Numru ta’ ritratti fuq is-sit soċjali ta’ Facebook wrew ħitan li kienu għadhom, tabelli u barrikati li kienu għadhom kif nqelbu.
Intant, bħalissa tinsab għaddejja ħidma mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn qed ineħħu xi friegħi ta’ siġar li tqaċċtu fit-telgħa tax-Xemxija filwaqt li numru ta’ sewwieqa rrapurtaw billboards maqluba fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.
Dan ir-riefnu huwa previst li jibda jnaqqas fis-siegħat li ġejjin tant li għada mistenni jkollna temperatura li tlaħħaq l-20 grad celcius.