Darryl Cauchi u Deborah Azzopardi. Koppja zgħazugħa li ħallew kollox warajhom biex jivjaġġaw minn Malta sal-Awstralja fuq mutur. Vjaġġ li mistenni jieħu xejn inqas minn sena u nofs.
Ir-rotta bdiet f’ Settembru li għadda u sa’ issa, f’ kwazi nofs il-vjaġġ, Daryl u Deborah saqu minn Malta għall Sqallija, għall-Italja u l-Ġreċja, l-Iran u l-Pakistan fost l-oħrajn.
F’ intervista esklussiva, dirett minn Simla, waħda mill-ikbar bliet fl-Indja, Deborah qalet ma’ ONE News li fiċ-ċirkustanzi li tiltaqá magħhom f’ vjaġġ bħall dan, qajla zzomm mal-pjanijiet li tkun għamilt minn qabel.
“MINBARRA LI TKUN PREPARAT TRID TKUN KAPAĊI WKOLL TADATTA. PROBLEMI JINQALGĦU ĦAFNA, PJANIJIET JINBIDLU TA’ SPISS, PROPJAMENT M’HEMMX PJAN. IKOLLOK PJAN IMMA L-ĦIN KOLLU JINBIDEL. GĦALMENU AĦNA HEKK.”
Daryl stqarr li f’ avventura bħall din, għalih importanti ħafna l-kuntatt permezz tal-internet biex hekk kif ikollu problema fil-mutur, ikun pront jibgħat messaġġ lill-mekkanik personali tiegħu f’ pajjizna.
“BIS-SAĦĦA TAL-INTERNET ILLUM JEKK IKOLLOK PROBLEMA ISSIB GĦAJNUNA EASY. ANKE ZZOMM KUNTATT MAL-MECHANIC TIEGĦI..QAZZISTU NIBGĦATLU. QAZZIST IL-MISSIERI.”
Deborah qalet li minn dan il-vjaġġ tgħallmet taprezza s-sabiħ li kapaċi joffru dawn il-kulturi differenti speċjalment b’ esperjenza ħelwa f’ għeluq snina.
“IL-PAKISTAN PEREZEMPJU. IL-LUCKY BIRTHDAY TIEGĦI QATTAJNIH MA’ FAMILJA, FL-ISTESS RAĦAL, L-ISTESS POST FEJN QABDU L-BIN LADEN KIENU. XTRAWLI R-RIGALI, ĠABULI CAKE. KIENET ĠURNATA TAL-ĠENN .. LANQAS BISS STENNEJTA. TIPO TITGĦALLEM KEMM M’ GĦANDNIX INĦALLU R-RELIĠJON, IL-POLITIKA U L-KULTURA TIFRIDNA MINN DAK LI AĦNA, KOLLHA KEMM AĦNA .. UMANI.”
Izda minn naħa l-oħra, Daryl u Deborah stqarru li kull kultura differenti, ġabet esperjenzi differenti b’ xi wħud minnhom iħallu togħma umoristika fuq din l-avventura.
DEBORAH “KULTANT BĦALA MARA KIENET QISA IZJED DIFFIĊLI GĦALIJJA. EZEMPJU L-IRAN RIDT BILFORS NILBES IL-HIJAB, L-ISCARF IL-ĦIN KOLLHU GĦAX ILLEGALI TOQGĦOD MINGĦAJRU.DARRYLĦAĠA OĦRA TAD-DAĦQ L-IRAN KIENET IT-THUMBS UP. L-IRAN MA TFISSIRX THUMBS UP, TFISSER XI ĦAĠA OĦRA … NAQRA OFFENSIVA U WARA LI KONNA ĠBAJNA NIEĦDU RITRATTI HEKK WARA XI TLETT ĠIMGĦAT XI ĦADD QALILNA.”
Waqt dan il-vjaġġ, Deborah u Daryl ħadu l-opportunitá li jgħamlu xi jiem ta’ xogħol volontarju mat-tfal f’ Bodhgaya fl-Indja.
Izda biex ir-roti tal-mutur ta’ din il-koppja jirfsu fuq l-art tal-kangaru u tal-Opera House, jonqos triq twila li ser toħodhom f’ pajjizi bħall Vjetnam, il-Malasja u l-Kambodja. Vjaġġ li ser iġib miegħu għexieren ta’ avventuri ġodda.
Il-Vjaġġ avventuruż ta’ Daryl u Deborah tista ssegwih hawn