Conor McGregor f’baħar ta’ inkwiet – One News

Notifiki

Conor McGregor f’baħar ta’ inkwiet

Il-ġellied tal-arti marzjali Conor McGregor jinsab f’baħar ta’ inkwiet wara li lbieraħ kien involut f’każ ta’ ġlied fil-Barclays Centre fi New York.

L-inċident seħħ wara li ġellied ieħor li mistenni jiġġieled fis-siegħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, Khabib Nurmagomedov affronta u ta’ daqqa ta’ ħarta lill-ġellied Artem Lobov. Lobov huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa ħbieb ta’ McGregor u saħansitra jipprattikaw l-arti marzjali fl-istess gym.Meta ra dan huwa mifhum li McGregor qabad titjira għal New York sabiex jaffronta lill Nurmagomedov u jkun hemm għal sieħbu.

McGregor flimkien mat-team tiegħu laħqu lil Nurmagomedov ħiereġ mill-Barclays Centre flimkien ma ġellieda oħra u wara li l-istess Nurmagomedov ma’ ħariġx,  McGregor flimkien ma’ sħabu waddbu diversi affarijiet lejn il-vettura li kien jinsab fiha Nurmagomedov.

B’kawża ta’ dan inkisru xi twieqi u weġġaw diversi ġellieda li kienu mistenniha jiġġieldu fi tmiem il-ġimgħa fosthom Michael Chiesa u Ray Borg.

Il-President tal-UFC, Dana White ikkundana dan l-att diżgustanti u ammetta li fl-istorja tal-UFC qatt ma’ kien hemm aġir bħal-dan.

Intant McGregor tkellem mal-Puluzija u ġie akkużat b’erba atti kriminali u mistenni jidher quddiem il-Qorti fi New York.

Intant f’dik li kellha tkun lejla bi tlettax-il ġlieda spiċċat biss b’għaxra minħabba dan l-inċident. Il-Kummisjoni Atletika tal-istat ta’ New York iddeċidiet li l-ġellieda kollha involuti b’xi mod jew ieħor f’dan l-inċident ma jieħdux sehem.

Artem Lobov mhux se jkun qed jiġġieled kontra Alex Caceres minħabba l-fatt li kien ma’ McGregor fil-ħin tal-inċident.

Michael Chiesa kontra Anthony Pettis mhux se issir minħabba li fl-inċident Chiesa ġarrab diversi ġrieħi f’wiċċu kawża tat-twieqi li nkissru.

Ray Borg kontra Brandon Moreno ukoll tħassret minħabba li Borg daħallu l-ħġieġ f’għajnejh.

Intant il-ġlieda prinċipali ta’ dan l-avveniment rat tibdil fil-parteċipanti tagħha. Il-ġlieda għaċ-ċinturin tal-155 libbra bejn Max Holloway u Khabib Nurmagomedov mhux se ssir hekk kif Holloway ma’ irnexxilux jniżżel il-piż tiegħu taħt is-sebgħin kilo.

Minn għajdud huwa mifhum li Anthony Pettis li kellu jaffaċċja lil Michael Chiesa se jkun qed jieħu post Holloway madankollu mhux eskluż li jkun Paul Felder ukoll jikkwalifika għal dan il-konfront.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend