L-Awtorita tal-ippjanar tinvesti f’apparat ġdid għall-infurzar – One News

Notifiki

L-Awtorita tal-ippjanar tinvesti f’apparat ġdid għall-infurzar

Id-Direttorat tal-infurzar fi ħdan l-awtorità tal-ippjanar investiet f’għodda teknoloġika ġdida biex tgħin lill-uffiċjali tagħha jwettqu xogħolhom aħjar.

Dawn jinkludu drone speċjali li tiġbor informazzjoni u taċċessa postijiet rimoti kif ukoll tagħmir ġdid ta’ komunikazzjoni.

L-Awtorità tal-ippjanar wettqet 49 azzjoni diretta fis-sena 2017, li 22 minnhom kienu f’żoni ta’ żvilupp. 27 azzjoni kienu f’żoni magħrufa bħala żoni barra l-iżvilupp (ODZ). It-total ta’ dawn l-azzjonijiet kien ta’ €110,000; liema spejjeż tħallsu mill-persuni nfushom li wettqu l-kontravenzjonijiet.

Kien hemm 67 każ li ngħalqu wara li l-persuni ħatja ta’ kontravenzjoni qablu li jneħħu l-illegalitajiet qabel ma l-awtorità wettqet dan hi nnifisha.

B’kollox fl-2017, l-Awtorità ippubblikat 315-il notifika ta’ nfurzar, 192 minnhom fuq is-siti ta’ zvilupp u 123 fuq siti ta’ barra l-iżvilupp.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend