Għall ħabta tas-7:00 ta’ filgħaxija, fi Triq Burmarrad f’ Burmarrad seħħ inċident bejn karozza tat-tip Chevrolet Spark misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti n-Nadur u mutur tat-tip Yamaha MT-09 misjuq minn raġel ingliż, ta’ 56 sena residenti l-Mosta.
Sorsi fuq il-post qalu lill ONE News li ssejjaħ tim mediku minn Mater Dei biex jassisti l-dawk involuti fl-inċident.
Il-Kundizzjoni tagħhom għada mhix mgħarufa.