Charles Paul Muscat, Għawdxi ta’ tletin sena, ingħata sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs u multa t’erbat elef u ħames mitt ewro wara li nstab ħati ta’ reat li seħħ f’Marsalforn f’April ta’ ħames snin ilu.
Il-każ seħħ meta l-akkużat ħebb għal tliet uffiċjali tal-Pulizija u saq b’veloċità eċċessiva.
Fil-Qorti ngħad li l-akkużat kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest meta wettaq ir-reat li għalih instab ħati.
Il-liċenzja tas-sewqan tal-akkużat ġiet sospiża għal sena.
Il-Qorti ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga xhieda li tat waħda mix-xhieda f’dawn il-proċeduri, biex jekk jinstab li tali xhieda kienet falza, jittieħdu passi kriminali kontriha.