L-interess tan-nies ħarsu biss Joseph Muscat – One News

Notifiki

L-interess tan-nies ħarsu biss Joseph Muscat

Jekk kien hemm politiku li fil-każ ta’ Triq Zekka ħares l-interess tan-nies kien Joseph Muscat. Li ma qalx fuq Net Television, Adrian Delia, kien li kieku l-Prim Ministru Joseph Muscat sema’ mill-Partit Nazzjonalista ma kienx imur il-Qorti u jġib il-proprjetà lura għand il-poplu Malti. Għall-Partit Nazzjonalista dik il-kawża kienet waħda maħsuba biex tintilef u kummiedja.

Iktar minn hekk, il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux jistenna lil Adrian Delia biex jagħti lin-nies l-isptarijiet San Luqa, dak ġenerali ta’ Għawdex u Karin Grech. Il-proġett ma’ Steward Healthcare hu maħsub proprju għalhekk.

L-uniku differenza hi li l-Partit Nazzjonalista ta u jrid jagħti sptarijiet magħluqin jew b’livell medjokri, filwaqt li Joseph Muscat irid jagħti lin-nies sptarijiet tal-ogħla livell li joffru kura b’xejn.

Fuq kollox jekk hawn xi ħadd li qed jisraq lill-poplu Malti hu dak li ma jħallasx it-taxxa. Fil-fatt, jekk Delia jrid jittieħed bis-serjetà għandu jibda billi jħallas it-taxxa. Dan saħqu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend