Notifiki

Mijiet ta’ eluf jipprotestaw fit-toroq Amerikani

Mijiet t’eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fit-toroq Amerikani bħala turija t’appoġġ għal kontrolli aktar stretti dwar ix-xiri tal-armi tan-nar.Il-moviment “The March for Our Lives” inħoloq wara l-attakk fi skola fi Florida x-xahar li għadda li ħasad il-ħajja ta’ sbatax-il persuna innoċenti.

Il-marċ ewlieni sar f’Washington, flimkien ma’ xejn inqas minn tmien mitt protesta oħra bl-istess għan f’pajjiżi oħra fosthom l-Ingilterra, l-Iżvizzera u l-Awstralja.

Fost l-Amerikani jeżistu fehmiet differenti dwar il-kontroll tal-armi hekk kif id-dritt li wieħed ikollu arma tan-nar huwa mħares bil-kostituzzjoni tal-Istati Uniti u l-assoċjazzjoni tal-armi hija meqjusa bħala vuċi b’saħħitha ħafna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend