Notifiki

Adrian Delia m’għandu l-ebda viżjoni

Huwa ċar aktar minn qatt qabel jekk qatt kien hemm bżonn xi konferma kemm Adrian Delia m’għandu l-ebda tip ta’ viżjoni hu jmexxi lill-Partit tiegħu bl-istess mod li qed jaspira lill-pajjiżu, reazzjonijiet ta’ management by crisis u knee jerk reactions kif qalu l-kelliema tiegħu fil-Parlament din il-ġimgħa, għax m’għandux ideat. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista. Il-PL qal li min-naħa l-oħra hemm Prim Ministru li f’ġimgħa fejn inkisbu aktar rizultati għall-pajjiżna fosthom permezz tal-ikbar cyrptocurrencies exchange li se tirriloka lejn pajjiżna, permezz ta’ surplus ieħor finanzjarju u anke ta’ ċerifikat ieħor minn Standard & Poors għandu viżjoni ċara dik li jagħmel lill-pajjiżna futureproof u ma jistrieħx fuq il-fatt li pajjiżna sejjer tajjeb.

Spjega li d-differenza hija ċara kristall u l-poplu Malti u Għawdxi fehem li l-Gvern immexxi minn Joseph Muscat huwa l-unika partit u moviment f’Malta li jaħseb fil-ġenerazzjonijiet li jmiss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend