L-Għaqda Studenteska Pulse se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji.
Dan tħabbar mill-President tal-Pulse JohnLuke Ellul ftit tal-ħin ilu f’attività soċjali li kellhom għall-istudenti. Attività li mmarkat il-21 sena mit-twaqqif tal-Pulse.
Il-Pulse se tkun qed terġa’ tikkontesta l-elezzjoni tal-KSU wara nuqqas ta’ sentejn. Bl-istudenti universitarji se jkollhom l-opportunità jivvotaw għat-tmexxija tal-Kunsill Studenti Universitarji, f’elezzjoni li se ssir fl-aħħar ta’ April.
Il-President tal Pulse JohnLuke Ellul qal li l-kandidati li se jikkontestaw f’isem il-Pulse ġejjien minn aspetti differenti, u f’tim maqgħud jistgħu jagħmlu differenza fl-Univerista.
Fisser kif il-funzjoni tal-Pulse hi li tgħin liż-żgħażagħ ikollhom l-istess opportunitajiet u jimxu ‘l quddiem.