Bir-ritratti: Id-Duluri ċċelebrata fl-MCAST u fil-Knisja ta’ Ġieżu – One News

Notifiki

Bir-ritratti: Id-Duluri ċċelebrata fl-MCAST u fil-Knisja ta’ Ġieżu

Ilbieraħ 23 ta’ Marzu 2018, jum id-Duluri, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kkonċelebra quddies filgħodu fl-MCAST, Raħal Ġdid, u fil-Knisja ta’ Marija ta’ Gesù (Ta’ Gieżu) il-Belt Valletta, filgħaxija. Tispikka din il-frażi mill-Arċisqof:

Illum niftakru f’kull omm għax kull omm dejjem tinkwieta għall-ulied.

Siltà mill-omelija tal-Arċisqof ilbieraħ, titratta d-dulur tal-omm li tistenna fejn sostna: ”Għalhekk, illum niftakru f’kull omm għax kull omm dejjem tinkwieta għall-ulied. Meta jkunu żgħar mod, mhux hekk ngħidu?! U meta jikbru mod ieħor. Kemm-il darba smajt min jgħid: ‘Aħjar meta kienu żgħar għax illum joħroġlok għal Paceville u ma tafx kif se jerġa’ jiġi lura’. U bla ma trid tinwkieta, bla ma trid. U fil-weekend naf li ħafna ġenituri li għandhom it-tfal kbar, jerġgħu jagħmlu bħal meta kienu trabi it-tfal, u ma jorqdux billejl, mhux għax it-tfal jibku, għax mhux qegħdin id-dar għax saru is-siegħa ta’ billejl, is-sagħtejn, it-tlieta, l-erbgħa, jew il-ħamsa u għadu ma ġiex. Imbagħad tisma’ l-bieb jinfetaħ u taparsi kont rieqed jew rieqda. Imbagħad tistrieħ, imma tiftakar li trid tqum biex tibda x-xogħol tiegħek. Dan huwa wkoll id-duluri ta’ min iħobb ħafna.”

Ilkoll kemm aħna għandna bżonn xi ħadd li jkun qrib tagħna.

L-Arċisqof fl-istess jum sostna wkoll li wara kollox illum nimpenjaw ruħna li nkunu solidali ma’ xulxin. Kull wieħed u waħda minna jgħaddi minn mumenti ta’ kriżi, ta’ depressjoni, ta’ nuqqas ta’ ħila jew nuqqas ta’ saħħa fiżika jew mentali. Ilkoll kemm aħna għandna bżonn xi ħadd li jkun qrib tagħna. Id-deċiżjoni tal-omm ta’ Ġesù kienet li tkun qrib binha meta kulħadd abbandunah.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend