SportsFun għat-tfal li jattendu #OnTheMove – One News

Notifiki

SportsFun għat-tfal li jattendu #OnTheMove

SportMalta, permezz tal-programm tax-xitwa #OnTheMove qegħda toffri SportsFun,  klassijiet kollha logħob għal tfal żgħar ta’ bejn l-erba u s-sitt snin. Dan qed isir bħala parti minn kampanja nazzjonali biex it-tfal jibdew jinteressaw ruħhom fl-isports minn eta’ żgħira. Il-klassijiet isiru fil-Kumpless Sportiv ta’ Kottonera, il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, il-Kulleġġ ta’ San Injazju f’Tal-Ħandaq, u l-Kulleġġ ta’ Maria Regina – Skola Sekondarja, il-Mosta.

Il-kunċett ta’ dawn is-sessjonijiet sportivi hu li t-tfal jieħdu pjaċir, waqt li jkunu qed jagħmlu eżerċizzju fiżiku u jieħdu sehem f’diversi attivitajiet. Huma jagħmlu attivitajiet fiżiċi bażiċi biex jgħinhom jiksbu l-bilanċ, il-koordinazzjoni, l-aġilità, ir-reazzjoni u l-veloċità. Dawn huma kollha meħtieġa għal tfal ta’ din l-età  biex ikunu aktar b’saħħithom. Wara dawn l-eżerċizzji fundamentali għal sena jew sentejn, it-tfal ikollhom dik il-motivazzjoni suffiċjenti biex jgħaddu għal-livell li jmiss, u jibdew jiżviluppaw interess fi sport speċifiku tal-għażla tagħhom.

Aktar tagħrif dwar il-programm ta’ #OnTheMove jista’ jinkiseb mill-Uffiċċju Prinċipali ta’ SportMalta fuq it-tel. 2203 6000, bl-imejl : [email protected] jew tista’ jżur il-websajt: www.sportmalta.org.mt

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend