AĠĠORNAT: Ġuvni jeħlisha ħafif wara li waqa’ sular u nofs fil-Foss tal-Imdina – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Ġuvni jeħlisha ħafif wara li waqa’ sular u nofs fil-Foss tal-Imdina

Ġuvni ta’ 21 sena mir-Rabat ħelisha ħafif wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs fil-Foss tal-Imdina

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar.Xhieda fuq il-post qalu li l-ġuvni kien qiegħed ma’ qrabatu meta għal xi raġuni xxabbat u waqa’ għal isfel.

Tim mediku flimkien mal-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ħadmu biex tellgħu lill-ġuvni mill-foss.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil ġuvni l-isptar fejn fortunatament hu ġie ċċertifikat li ma sofra ebda ġrieħi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend