Ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea juru li bejn Ottubru u Diċembru li għadda, Malta kellha l-akbar rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Il-Eurostat qal li ċ-ċifri juru fir-raba’ kwart tas-sena li għaddiet, Malta b’1.8 fil-mija kellha l-akbar rata ta’ tkabbir fl-impjiegi, segwita mill-Estonja b’1.6 fil-mija, il-Finlandja b’1.2 fil-mija u l-Latvja b’1.1 fil-mija. Dan meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel.
L-Italja u l-Polonja rreġistraw l-akbar tnaqqis fl-impjiegi b’0.3 fil-mija.