Il-mexxej lemin-estrem Franċiż Marine Le Pen ipproponiet li tbiddel isem il-partit tagħha minn National Front għal National Rally, bil-għan li ttejjeb id-dehra tal-partit.
Hija qalet lill-membri tal-partit li l-isem preżenti kien qed joħloq ostaklu psikoloġiku għal votanti. Il-pjan li jinbidel l-isem tal-partit kien approvat b’maġġoranza żgħira, u l-membri se jerġaw jivvutaw fuq il-proposta.
Le Pen tilfet kontra l-President Emmanuel Macron f’votazzjoni is-sena l-oħra, u minn dakinhar, in-National Front tilef diversi votanti filwaqt li l-mexxej tiegħu kienet ikkritikata minn missierha stess, li ħoloq il-partit fl-1972.