Ħames persuni mietu wara li ħelikopter iġġarraf fl-East River ta’ New York il-Ħadd filgħaxija. Bugħaddasa ħadmu kontra l-ħin biex joħorġu lill-ħames passiġġieri minn ġol-ħelikopter, iżda tnejn minnhom mietu fuq il-post u t-tlieta l-oħra mietu l-isptar.
Il-pilota rnexxielu joħroġ waħdu u kien salvat minn tugboat li kienet għaddejja.
Il-ħelikopter, li kien qed jintuża għal photo shoot, iġġarraf viċin Roosevelt Island.