Ajruplan li kien qed iġorr wieħed u sebgħin passiġġier u membri tal-ekwipaġġ iġġarraf hekk kif kien qed jagħmel l-inżul tiegħu fl-ajruport Kathmandu fin-Nepal.
Konsegwenza t’hekk, il-pulizija qalet li mietu disgħa u erbgħin persuna. Intqal li l-ajruplan tal-linja tal-ajru US-Bangla mill-Bangladesh inħakem min-nirien hekk kif miss mal-art.
Il-linja tal-ajru weħlet fil-kontroll tat-traffiku tal-ajru, iżda l-awtoritajiet tan-Nepal qalu li l-ajruplan għamel inżul stramb. Tnejn u għoxrin persuna ddaħħlu l-isptar għal kura.