Il-President Amerikan, Donald Trump qal li s-summit ppjanat mal-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un jew ifalli jew inkella jġib miegħu l-akbar ftehim għad-dinja.
F’rally politiku f’Pennsylvania, Trump qal lil dawk li jappoġġjawh, li emmen li l-Korea ta’ fuq riedet tagħmel paċi.
Minkejja dan, qal li jista’ jkun malajr jitlaq mit-taħdidiet jekk jara li mhux ser ikun hemm progress fit-tneħħija ta’ armi nukleari.
Fid-diskors tiegħu, il-mexxej tal-Istati Uniti wissa dwar tariffi fuq karozzi Ewropej u ħabbar l-islogan tiegħu għall-elfejn u għoxrin.