Iċ-Ċina mistennija tapprova t-tneħħija tal-limitu fuq it-termini għall-mexxej tagħha. Mossa li effettivament tippermetti lil Xi Jinping biex iservi bħala President għal għomru.
Din il-bidla hija parti minn sett ta’ tibdil kostituzzjonali li mistenni jgħaddi waqt il-laqgħa annwali tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu li qed isir illum.
Iċ-Ċina ilha timponi limitu ta’ żewġ termini għall-President tagħha sa mis-snin disgħin. Minkejja dan, Xi ma żammx mat-tradizzjoni li jippreżenta s-suċċessur potenzjali tiegħu waqt il-kungress tal-partit komunista f’Ottubru li għadda.
Minflok, huwa kkonsolida l-poter politiku tiegħu permezz ta’ emenda li biha daħħal ismu fil-kostituzzjoni tal-partit.
Tard fi Frar li għadda, l-partit ippropona li jneħħi l-limitu għat-termini mill-kostituzzjoni taċ-Ċina.