Il-White House ħabbret li l-konsulent ewlieni tal-President Donald Trump fuq l-ekonomija Gary Cohn irriżenja.
Din kienet l-iktar waħda riċenti minn sensiela ta’ riżenji mit-tim tal-istess President tal-Istati Uniti. BBC irrapporta li kien hemm spekulazzjoni li Cohn, li jappoġġja l-kummerċ ħieles, kien irrabjat bil-pjanijiet ta’ Trump li jimponi tariffi fuq importazzjoni ta’ aluminju u azzar.
Fi stqarrija ppublikata mill-White House intqal li Cohn qal li kien ta’ unur li serva lil pajjiżu. L-eks President tal-bank Goldman Sachs għen lil Trump jaħdem fuq ir-riformi tat-taxxi tard is-sena l-oħra