Illum għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs (1430hrs), il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq it-Tempesta, il-Qrendi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn sabu tifel ta’ 12-il sena, li joqgħod il-Qrendi stess, li kellu xi ġrieħi u li minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li t-tifel kien għadu kemm niżel minn ġo mini-bus, meta għal xi raġuni kien safa allegatament milqut mill-istess vettura.
It-tifel ittieħdet immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.