Mara ta’ 49 sena mis-Swieqi tinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-karozza li kienet riekba fiha kienet involuta f’ħabta head-on fil-Marsa.
L-inċident seħħ fis-siegħa neqsin għoxrin tat-Tlieta filgħodu fi Triq Aldo Moro bejn karozza tat-tip Toyota Aygo u oħra tat-tip Renault Megane. Il-vittma kienet riekba fit-Toyota, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena u li joqgħod is-Swieqi wkoll. Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan filwaqt li r-Renault kienet qed tinstaq minn raġel mis-Serbja ta’ 27 sena li joqgħod il-Ħamrun.
Huwa ma sofra l-ebda ġrieħi, filwaqt li għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni ta’ mara ta’ 43 sena li toqgħod il-Ħamrun ukoll, u li kienet passiġġiera miegħu. Il-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera fetħet inkjesta maġisterjali.
Ritratt: MRTU