Il-partiti politiċi ewlenin fl-Italja għalqu l-kampanji tagħhom qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ għada – b’kull partit politiku ddikjara li qed jistenna li jirbaħ.
Ir-rallies finali saru mill-partit demokratiku, il-moviment kontra l-establishment ‘Five Star Movement’ u dak kontra l-immigrazzjoni, n-Northern League. Is-sondaġġi qed jisuġerixxu li l-alleanza taċ-ċentru lemini tal-eks prim ministru, Silvio Berlusconi se joħroġ bl-ikbar ammont ta’ voti imma li mhux biżejjed biex ikollu l-akbar maġġoranza fil-parlament.
Il-prim ministru għal erba’ darbiet, appoġġja lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani bħala l-għażla tiegħu li jmexxi l-pajjiż.