Seba’ Taljani li nġabru mill-awtoritajiet Slovakki wara l-qtil tal-ġurnalist Slovakk, inħelsu mill-arrest.
Nhar il-funeral ta’ Jan Kuciak u s-sieħba tiegħu, it-Taljani nħelsu fuq nuqqas ta’ provi.
Il-qtil tal-ġurnalist Slovakk għamel ħoss madwar id-dinja li dan l-aħħar kien qed jinvestiga l-involviment tal-mafja Taljana f’settur f’pajjiżu.
Fost dawk arrestati u li aktar tard inħelsu kien hemm Antonino Vadalà, intraprenditur li ssemma’ b’mod prominenti fl-artikli investigattivi tal-ġurnalist maqtul b’tiri fir-residenza tiegħu.