In-numru ta’ mwiet qed jiżdied kawża tal-maltemp li ħakem l-Ewropa, fejn minn tal-inqas tilfu ħajjtihom 23 persuna fil-Polonja kawża tat-temperaturi kesħin.
Huma bosta xelters li nħolqu sabiex jilqgħu fihom persuni li jkollhom bżonn kenn fuq rashom.Huma madwar 60 persuna li s’issa mietu madwar l-Ewropa kawża ta’ dawn it-temperaturi b’diversi pajjiżi jesperjenzaw diffikultajiet fis-servizzi li joffru fosthom fit-trasport.
Il-kesħa resqet lejn l-Ewropa kawża ta’ sistema tat-temp li ġejja mis-Siberja, fejn saħansitra bdiet tinħass anke fin-Nofsinhar tal-Mediterran.