William Boakye, raġel ta’ sebgħa u tletin sena mill-Ghana ġie kkundannat sentejn ħabs wara li wieġeb ħati li seraq mat-tletin elf ewro minn fabbrika tal-inbid f’Għawdex.
Fil-qorti Boakye qal li jisgħobih ta’ għemilu u talab maħfra għal dak li għamel.
Is-sid tal-fabbrika Bacchus Winery Daniel Mercieca ħafer lill-akkużat u kkonferma li rċieva kważi tletin elf ewro li kien insteraq.
Fid-deċizjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud qieset li l-akkużat ikkopera mal-pulizija, radd il-flus misruqa, il-kondotta nadifa li kellu u l-ammissjoni tiegħu fi stadju bikri tal-proċeduri.
Għall-akkużat deher l-Avukar Jean Paul Grech.