Mijiet ta’ persuni spiċċaw maqbuda fi triq fl-Iskozzja f’temperaturi ta’ ksieħ, hekk kif niżel ammont kbir ta’ borra u ħoloq kaos kbir f’bosta żoni fl-Ingilterra.
Kienu bosta sewwieqa li spiċċaw qattgħu l-lejl fit-triq M80 b’uħud minnhom anke damu 13-il siegħa. F’Lincolnshire, bosta sewwieqa wkoll spiċċaw maqbuda kawża tal-borra.
Huma bosta żoni li spiċċaw milquta hekk kif bħalissa hemm il-maltempata Emma li laqtet lill-Ingilterra.