Matul l-ewwel xahrejn tas-sena 2018 ġew ikkonfiskati 18-il mobile fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.Fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija Parlamentari dwar kemm instabu affarijiet ipprojbiri mill-2013, il-Ministru Michael Farrugia spjega kif is-sena li għaddiet instabu 28 mobile, sitt chargers u waħda internet key. Fis-sena 2016 nstabu 22 mobile, tliet chargers, żewġ headphones u batterija.
Is-sena 2015 kienet is-sena li nstabu l-aktar mobile mis-sena 2013, dan hekk kif instabu 32 mobile, seba’ chargers, waħda internet key u batterija. Fis-sena 2014 nstabu 20 mobile, 11-il charger, par headphones, wire taċ-charger, waħda internet key u batterija.
Fis-sena 2013 nstabu 28 mobile, seba’ chargers, żewġ pen drives, par headphones u żewġ internet keys.