Ikkunsidrat l-użu ta’ kannabis mediċinali għal tifel b’kundizzjoni rari fl-Ingilterra – One News

Notifiki

Ikkunsidrat l-użu ta’ kannabis mediċinali għal tifel b’kundizzjoni rari fl-Ingilterra

Id-Dipartiment Minsiterjali fir-Renju Unit qal li qed jikkunsidra li japprova li tifel ta’ sitt snin jingħata l-kannabis mediċinali sabiex tgħinu fit-trattament għall-kundizzjoni rari li għandu tal-epilessija.

L-istess dipartiment kien ma laqax it-talva tal-familja ta’ Alfie Dingley minn Warwickshire, biex jieħu din il-kura b’mod legali. 

Iżda issa l-Ministri qalu li se jkunu qed jesploraw kull mezz possibbli, wara laqgħa mal-familja.

Fost l-għażliet, Alfie jista’ jitpoġġa fuq trial ta’ tliet xhur jirċievu l-kura bl-użu ta’ kannabis mediċinali, dan permezz tat-tabib ta’ Alfie wara li saret riċerka kbira li ħalliet evidenza pożittiva.

Omm Alfie, Hannah Deacon, iddeskriviet din il-possibilità bħala waħda li tista’ tbiddel il-ħajja ta’ Alfie għal kollox.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend