Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-saħħa Stephen Spiteri qal li l-investiment li se jsir f’pajjiżna minn kumpaniji involuti fil-qasam tal-produzzjoni tal-kannabis mediċinali mhumiex fabbrika tad-droga.
Dan id-diskors jikkontrasta bil-kbir dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ġimagħtejn ilu meta ddikjara li dan l-investiment mhu xejn ħlief fabbrika tad-droga.Fiż-Żejtun, Delia kkritika l-ħsieb li kumpanija speċjalizzata fil-produzzjoni tal-kannabis mediċinali, kienet qed tistenna li tiġi approvata l-liġi sabiex tkun tista tinvesti f’faċilità liċenzjata f’ pajjiżna.
Il-fabbriki tad-droga, diġa taf lil min ħa ttihom, diġà ddikjarajt ma’ min fthiemt
Fil-programm DISSETT fuq l-istazzjon nazzjonali, id-deptuat nazzjonalista għas-saħħa Stephen Spiteri xejjen dak li qal il-kap Nazzjonalista. Saħansitra ddikjara li dan l-investiment ser jgħin biex is-settur mediku f’pajjiżna jkun jista joffri għajnuna aħjar lill-pazjenti.
Jien ma nsejħiliex fabbrika tad-droga għaliex l-ewwel nett aħna llegalizzajna dak li qabel kien jissejjaħ bħala droga lliċita għaliex issa se nibdew nużaw prodotti minn din il-pjanta biex infejqu jew nameljoraw il-kundizzjonijiet tal- pazjenti
Saħansitra Spiteri irrefera għal dan l-investiment bħala industrija innovattiva li qed toffri opportunità biex pajjiżna jibda jipproduċi dawn il-prodotti u jesporthom lejn pajjiżi oħra.
għax fuq kollox din hija industrija ġdida, innovattiva, u ma nara xejn ħażin illi ġewwa pajjiżna, kif tkellmu tajjeb esponenti anke fil-parlament, illi għala le jekk din tista tiġi produced barra u mportata ġewwa pajjiżna, ma jsirx bil-maqlub u tiġi produced malta u tiġi esportata għal pajjiżi oħra