Ara: Miljun ewro għal min jgħaddi informazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalist Kuciak – One News

Notifiki

Ara: Miljun ewro għal min jgħaddi informazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalist Kuciak

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico offra premju ta’ miljun ewro għal min jgħaddi informazzjoni fuq il-qtil ta’ ġurnalist investigattiv.

Jan Kuciak ta’ sebgħa u għoxrin sena u s-sieħba tiegħu Martina Kusnirova nqatlu fid-dar tagħhom, madwar ħamsa u sittin kilometru fil-Lvant tal-kapitali.

It-tnejn instabu b’ferita kkawżata minn pistola fil-jum tal-Ħadd. Rapporti qed jgħidu li Kuciak kien se jippubblika investigazzjoni li torbot il-mafja Taljana ma’ korruzzjoni politika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend