Xufier ammetta li qatel tliet żgħażagħ li laqat bil-vettura tiegħu waqt li kien isuq b’veloċita’ qawwija, dan waqt li huma kienu qed jimxu għal festin.
Jaynesh Chudasama, li kien taħt l-effett tal-alkoħol, tilef il-kontroll tal-vettura wara li pprova jaqbeż karozza oħra. Harry Rice, ta’ 17-il sena, u George Wilkinson u Josh McGuinness ta’ 16-il sena mietu wara li hu tajjarhom fiċ-ċentru ta’ Hayes f’Londra.
Chudasama li għandu 28 sena wieġeb ħati li kkawża l-mewt ta’ tliet żgħażagħ wara li saq b’mod perikoluż.
Is-sentenza mistennija tingħata fid-9 ta’ Marzu.