Il-Ministru tal-Intern Franċiż, Gérard Collomb qal li fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena l-pulizija Franċiza diġà arrestat xi persuni dwar pjannijiet t’attakki terroristiċi.Huwa qal li ż-żewġ persuni kienu arrestati f’Jannar. Wieħed minnhom qed ikun akkużat li kien se jagħmel attakk fuq ċentru sportiv, waqt li l-persuna l-oħra, ta’ 33 sena kellu l-mira suldati waqt li jkun fil-qagħdi ta’ dmirijithom.
Il-Ministru Collomb saħaq kif dawk arrestati se jkun qed jinżammu fil-ħabs.
Skont figuri uffiċjali, is-sena oħra kienu mwaqqfa 20 attakk terrorstiku fi Franza.