Il-Ministeru għas-Sigurtà Nazzjonali ffirma ftehim mal-Università ta’ Malta li permezz tiegħu l-Università ta’ Malta se tagħmel riċerka fuq is-soċjetà Maltija, il-kriminalità f’Malta u l-Korp tal-Pulizija. Il-Gvern se jkun qed jinvesti €120,000 kull sena għal perjodu ta’ tliet snin.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet intqal kif mir-riċerka li se tkun qed issir permezz ta’ dan il-ftehim, eventwalment se jkunu qed isiru korsijiet speċjalizzati għal uffiċjali tal-Korp fuq livell ta’ Masters u PhD.
Ir-riċerka se titmexxa minn Gordon Sammut – senior lecturer fl-Università ta’ Malta.
Sammut għamel riċerka oħra dwar is-sigurtà nazzjonali. Riċerka li rriżultat li f’Malta mhux dejjem għandhom jittieħdu l-istess miżuri tas-sigurtà li jittieħdu fuq livell Ewropew.
Il-ftehim mistenni jiġi konkluż fi Frar tal-2021.