Uffiċjal tal-Pulizija ta’ wieħed u ħamsin sena miet b’attakk tal-qalb wara li ntervjena waqt ġlieda li nqalgħet fi Spanja, qabel bdiet partita futbol tal-Europa League bejn it-timijiet Athletic Bilbao u Spartak Moscow.
Kollox beda minn argument li eskala fi ġlied u vjolenza. Aktar minn ħames mitt uffiċjal tal-Pulizija rrikorrew fuq il-post, u arrestaw ħames persuni.
Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy ikkundanna dan l-attakk vjolenti.