Uffiċjal tas-sigurtà armat li kien għassa mal-iskola fi Florida li l-ġimgħa li għaddiet kienet fil-mira t’attakk imdemmi, ma ntervjeniex biex iwaqqaf l-istess attakk milli jseħħ.
L-uffiċjal irriżenja wara li ġie sospiż; bl-uffiċjali Amerikani esprimew ir-rabja tagħhom għall-fatt li kien hemmhekk u ma għamel xejn. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-President Amerikan Donald Trump qal li l-għalliema għandhom jingħataw l-armi u jkunu mħarrġa jikkonfrontaw atti ta’ aggressjoni bil-għan li attakki bħal dan ta’ Florida ma jseħħux.
Fit-tieni l-aktar attakk imdemmi fi skola fl-Istati Uniti mill-elfejn u tnax ’l hawn, inħasdet il-ħajja ta’ sbatax-il persuna.