L-MCAST issejjaħ lill-MUT biex ikomplu t-taħdidiet – One News

Notifiki

L-MCAST issejjaħ lill-MUT biex ikomplu t-taħdidiet

Illum daħlu fis-seħħ l-azzjonijiet industrijali fl-MCAST ordnati mill-unjin tal-għalliema l-MUT – hekk kif sa issa għadu ma ntlaħaq ebda qbil dwar il-Ftehim Kollettiv il-ġdid.

Minkejja li sa issa jidher li l-letturi tal-MCAST ser jerġgħu jistrajkaw matul il-jum ta’ għada, it-tmexxija tal-MCAST qed tappella lill-MUT sabiex jersqu ’l quddiem għad-diskussjonijiet.

 

It-tmexxija tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Tekonoloġija l-MCAST appella lill-Unjin tal-Għalliema MUT sabiex tersaq madwar il-mejda ħalli jiġi ffinalizzat il-ftehim kollettiv li ser iwassal għal żidiet fil-pagi.

F’konferenza tal-aħbarijiet, l-MCAST qal li l-proposta tiegħu se twassal biex il-letturi fil-kulleġġ jilħqu mas-salarji tal-Junior College u għal aktar titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Dan l-appell sar fl-istess jum li daħlu fis-seħħ l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-MUT biex il-letturi jistrikjaw għal sagħtejn sħaħ matul il-jum tal-Ħamis u l-Ġimgħa.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-entratura tal-MCAST, il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li l-Unjin ma laqgħatx il-proposti li sarulha ta’ żidiet fis-salarji għax skont hu se tinħoloq qasma bejn il-letturi akkademiċi u dawk vokazzjonali:

Din hija inaċettabli ghax din hija istituzzjoni vokazzjonali li giet mibnija fuq l-aspetti vokazzjonali li huwa differenti minn l-aspett akkedemiku u l-mcast kien qed jeqred l-aspett vokazzjonali għal dawn l-affarijiet.

B’reazzjoni għal dan, il-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST ċaħad dawn l-akkużi u qal li qed joffri lil-letturi kollha l-aqwa ftehim kollettiv li qatt sar tul dawn l-aħħar sittax-il sena minn kemm ilha li twaqqfet din l-istituzzjoni vokazzjonali.
Fost oħrajn semma li l-proposti jinkldu żieda fis-salarji b’tali mod li jilħqu lil dawk tal-Junior College.

Qal li l-proposti jinkludu wkoll żieda fl-allowances kollha tal-letturi li ser tlaħħaq mal-2,000 ewro.

Iċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST Silvio De Bono saħaq li dawn il-proposti ser jirriżultaw f’qabża sostanzjali fis-salarji:

Ghandna jkollna formola li tapplika għall-mcast u mhux bilfors tkun libsa ikkupjata minn istituzzjoni post sekondarja ohra.

Il-President tal-MCAST qal li waslu ħafna qrib xulxin u appella lill-MUT terġa’ lura fuq il-mejda tan-negozjati biex jagħlqu l-ftehim kollettiv li huwa ta’ benefiċċju ħafna għal-letturi tal-Kulleġġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend