Ċifri ppublikati mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li f’Jannar li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol niżlu għal 2,000 jiġifieri tnaqqis ta’ kważi 31 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Informazzjoni pprovduta minn Jobsplus għal Jannar 2018 turi tnaqqis ta’ 812-il persuna li jirreġistraw taħt Part 1 u tnaqqis ta’ 77 persuna minn fost dawk li jirreġistaw taħt Part 2 fir-reġistru tal-qgħad.
L-akbar tnaqqis kien irrekordjat fost in-nies li kien ilhom jirreġistraw għal inqas minn 21 ġimgħa.
Il-persuni b’diżabilità li kienu qed jirregistraw għal xoghol naqas b’35 persuna u issa jammonta għal 284 persuna li għadhom ifittxu xogħol.