Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump iffirma ordni biex tipprojbixxi dawk magħrufa bħala ‘bump-stock devices’ li ntużaw minn agressur li qatel tmienja u ħamsin persuna li marru f’kunċert f’Las Vegas, is-sena l-oħra. Dawn l-istrumenti jippermettu xkubetta biex tispara mijiet ta’ rawnds fil-minuta.
Meta tkellem fil-White House, Trump qal li huwa mexxa d-dipartiment tal-ġustizzja biex jipproponi liġi li tagħmel dawn l-aċċessorji llegali.
Id-dibattitu dwar il-kontroll tal-armi reġa’ skatta wara li sbatax-il persuna nqatlu fi skola fi Florida l-ġimgħa li għaddiet.