Il-Kumpanija tant popolari madwar id-dinja KFC – Kentaci Fried Chicken kellha tagħlaq numru ta’ ristoranti minn madwar ir-Renju Unit.
Dan minħabba li kuntrattur ġdid ma provdilhomx biżżejjed laħam tat-tiġieġ.
It-Tlieta filgħodu kienu biss mitejn u ħamsin ħanut li fetħu mid-disa’ mitt ħanut li din il-kumpanija għandha fir-Renju Unit u fl-Irlanda dan meta mqabbel mat-tlett mija u għoxrin ristorant li fetħu t-Tnejn.
Madankollu dawn telgħu għall-erba’ mija u tletin tard waranofsinhar.
Din il-problema ilha għaddejja sa minn nhar il-Ġimgħa u kompliet teskala propju fi tmiem il-ġimgħa li għaddha.
Tant hu hekk li l-kumpanija talbet lill-ħaddiema sabiex jieħdu dawn il-jiem bħala vaganzi, madankollu ma tistax tobbligahom jagħmlu dan.