“Il-pjan għadu lura milli jseħħ. Intom ma waqaftux nofs triq u lanqas jien mhu se nieqaf nofs triq. Il-focus tiegħi hu li mmexxi l-pajjiż.
Il-focus tagħna bħala Partit Laburista huma l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u jien se nkun qed hemm,” qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jintervjeni f’attività politika f’Ħal Qormi.
Dr Muscat qal dan b’reazzjoni għar-rispons mill-poplu għad-dikjarazzjoni li għamel ftit tal-jiem ilu dwar il-ġejjieni tiegħu fil-politika.