Minn tal-inqas 30 persuna ndarbu wara li kienu involuti f’argument fuq cruise liner wara jiem ta’ battibekki li waslu għal ġlieda kbira. Il-vapur, The Carnival Legend, kien riesaq lejn Melbourne fl-Awstralja meta seħħ l-argument li beda fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu.
Il-vapur kellu jagħmel waqfa ta’ emerġenza f’New South Wales f’Eden sabiex is-sitt irġiel u tlett żgħażagħ jitniżżlu minn fuq il-vapur.
Madwar 14-il passiġġiera, li fosthom jinkludu tfal u nisa, telqu wkoll minn fuq il-vapur.