L-MUT b’azzjonijiet industrijali fl-MCAST – One News

Notifiki

L-MUT b’azzjonijiet industrijali fl-MCAST

L-Unjin tal-Għalliema, l-MUT ordnat azzjonijiet industrijali fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija.

Fi stqarrija, l-MUT ordnat strajk ta’ sagħtejn għall-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej. L-Unjin ordnat ukoll biex mill-Erbgħa li ġej ma jingħataw l-ebda marki tax-xogħol tal-istudenti.

L-MUT qalet li d-direttivi qegħdin isiru wara tliet laqgħat ta’ konċiljazzjoni mat-tmexxija tal-Kulleġġ. Qalet li l-għalliema ta’ din l-istutuzzjoni edukattiva għandhom ikollhom l-istess drittijiet bħal istutuzzjonijiet edukattivi terzjarji oħra.

Reazzjoni min-naħa tal-MCAST

B’reazzjoni, l-MCAST qal li wara li rtira l-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-MUT, se jkompli juri rieda tajba biex jintlaħaq ftehim.

It-tmexxija tal-MCAST qalet li f’kull laqgħa ta’ konċiljazzjoni mal-Unjin ressaq kundizzjonijiet tax-xogħol tajba ħafna għall-edukaturi.

L-MCAST qal li jinsab fiduċjuż li kemm-il darba jkomplu l-laqgħat ta’ konċiljazzjoni madwar il-mejda, ikun jista’ jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend