L-aħbar fil-faċċata tan-Nazzjon tal-lum bit-titlu “Għal Owen jien noqtol” mhi xejn għajr gidba oħra minn sensiela li l-midja tal-Partit Nazzjonalista qed ixxandar fil-konfront tal-Partit Laburista.
Waqt il-laqgħa ġenerali tal-Partit Laburista f’Ħal Safi, li għaliha konna preżenti t-tnejn li aħna, ma seħħx il-ġlied li tkellmet dwaru n-Nazzjon. Minflok għalina kienet opportunità oħra biex nitkellmu dwar ix-xogħol li qed nagħmlu u se nkomplu nagħmlu flimkien biex il-pajjiż jibqa’ miexi ‘l quddiem, qalu Owen Bonnici u Stefan Zrinzo.
Ikun aħjar jekk il-Partit Nazzjonalista jsolvi l-problemi fi ħdanu milli jipprova jivvinta fuq oħrajn biex jipprova jagħti l-impressjoni li d-diżgwid huwa xi ħaġa normali fil-politika.
L-inkwiet li hemm fl-oppożizzjoni ta’ Adrian Delia huwa bla preċedent u ebda gidba mhu se tneħħi l-attenzjoni minn fuq dan, komplew isostnu.
L-aħħar snin għallmuna li jekk hawn xi ħadd imut għal xi ħaġa huwa l-Partit Nazzjonalista għall-poter. U s-suppost mod ġdid ta’ Adrian Delia ma bidel xejn minn dan. Dan qaluh Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi.