Edward Said, ħu d-deputat Nazzjonalista Għawdxi Chris Said u sindku tal-kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex ħabbar li mhux se jikkontesta l-elezzjoni li ġejja tal-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Is-Sur Said ħabbar id-deċiżjoni sena u nofs qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali li se jsiru f’Ġunju tal-2019.
“Nixtieq inhabbar li m’iniex se nkun qed nerga’ nikkontesta fl-elezzjoni li jmiss. Dan qed naghmlu b’konvinzjoni u anke wara li kkunsidrajt numru ta’ fatturi”, qal is-Sur Said.
Qal li m’għandu għax jispjega pubblikament il-fatturi kollha li wassluh sabiex jieħu din id-deċiżjoni li fisser bħala waħda diffiċli.
Madnkollu qal li jinsab ċert li b’dan il-mod se jkun qed jagħmel il-ħajja aktar faċli għal kull min jista’ jinteressa ruħu li jagħti kontribut fil-komunità tan-Nadur.
“M’għandix dubju li din id-deċiżjoni ser tintlaqa’ bi dwejjaq minn ftit nies, u b’ferħ minn oħrajn. Qed nieħu dan il-pass b’kuxjenza nadifa ghax naf li fl-aħħar tliet snin ħdimt fuq dak li wegħedt”, qal ħu Chris Said.
Huwa temm jagħti ħajr lil dawk kollha li fehmuh, emmnu fih, u ghenuh.