Minkejja l-kesħa u l-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin matul il-jiem li għaddew, il-Karnival spontanju fin-Nadur, Għawdex ma naqasx li jkun wieħed ta’ suċċess.
Karnival li jlaqqa’ flimkien festa ta’ arti u kuluri mżewqa b’ maskri u lbies kreattiv.
Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet li seħħew is-Sibt u l-Ħadd spikkaw diversi karattri u kostumi, li żgur laqtu għajn l-eluf li attendew għal dan l-appuntament annwali fi żmien il-Karnival f’ Għawdex.