BIL-FILMAT: Ġurnalist ta’ ONE News aggredit waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Ġurnalist ta’ ONE News aggredit waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt

Waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, fejn ġiet diskussa mozzjoni dwar tneħħija tal-fjuri fuq il-monument tal-Assedju b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, persuna li kienet qed tappoġja lis-suppost Soċjetà Ċivili, aggredexxiet ġurnalist ta’ ONE News.

Filmati miġbuda mill-kameras ta’ ONE News wrew biċ-ċar kif din il-mara attakkat lill-ġurnalist u cameraman ta’ dan l-istazzjon li bħal media oħra kienu qed jirrapurtaw il-laqgħa.

Kif jixhed dan il-filmat, saħansitra l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Pawlu Borg Olivier, beda joġġezzjona għaliex ONE News beda jagħmel xogħlu.

ARA L-FILMAT TAL-AGGRESSJONI FUQ ONE NEWS:

Sadanittant is-Sindku Belti, Alexei Dingli ddeċieda li l-mozzjoni m’għandiex tgħaddi għall-vot għaliex skont hu, il-monument inkwistjoni ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Fost ħafna għajjat minn partitarji Nazzjonalisti tkellem Manwel Delia. Hawnhekk spikkaw it-tixjir tas-swaba’ u tal-idejn filwaqt li beda jgħajjat b’ħanġra daqsiex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend